Sport

Dominanza hekk kif sar l-ewwel gowl

Floriana Young Stars kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra White Hart fiċ-Challenge Cup organizzata mill-Hockey Association of Malta fil-kumpless tal-hockey f’Kordin, .

Wara li l-ewwel quarter għalaq fi draw ta’ bla gowls fil-mument li skorjaw gowl fit-tieni quarter Floriana Young Stars iddominaw  it-tielet u r-raba’ sessjoni b’kontroll assolut tal-partita b’ebda risposta minn White Hart fir-rebħa ta’ 7 – 0.

Luke Borg Costanzi, Mark Camilleri u Noah Ciavola skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Deemer Rapinett skorja l-gowl l-ieħor għal Floriana Young Stars.

Umpires tal-partita kienu Alessandro Amore u David Agius.