Mir-raba’ ġurnata tal-UEFA Europa League, FC Midtjylland komplew ikunu mpressjonanti hekk kif baqgħu l-unika tim li rebaħ il-partiti kollha s’issa u qiegħed jokkuppa l-ewwel post fil-klassifika b’total ta’ 12-il punt.
Dan is-suċċess wasal wara li Midtjylland għelbu lil Celtic 3-1, bil-gowls tar-rebbieħa jaslu kollha fl-ewwel taqsima permezz ta’ Erlic, Gogoza u Franculino.
Reo Harte naqqas id-distakk lejn it-tmiem bil-penalty tiegħu.
Intant, Celta Vigo ħasdu lil Dinamo Zagreb meta rnexxielhom jiksbu rebħa ta’ 3-0 ġewwa l-Kroazja.
Il-veteran Iago Aspas ikun fundamentali għall-ewwel gowl ta’ Celta Vigo, b’Pablo Duran jixħet ġewwa wara 4 minuti.
Auto-gowl ta’ Dominguez, u gowl ieħor ta’ Duran ikunu l-gowl l-oħra fl-ewwel taqsima għall-Ispanjoli.
Rebħa sorprendenti hekk kif FK Crvena Zvezda użaw il-vantaġġ li lagħbu f’darhom biex ħadu tlett punti preżżjużi kontra Lille. Il-gowl tar-rebħa wasal mill-veteran Marko Arnautovic li fil-85 minuta kkonverta l-penalty tiegħu li wasal minn foul ta’ Ozer.
Partita interessanti bejn Nice u Freigburg, bil-Ġermaniżi joħorġu rebbieħa barra darhom u jitilgħu momentarjament fit-tieni post, b’tlett rebħiet u draw mill-ewwel erba’ partiti.
Il-Franċiżi jiftħu l-iskor permezz ta’ Kevin Carlos fil-25 minuta, pero tlett gowls f’temp ta’ 13-il minuta jagħtu r-rebħa għal Freiburg. Manzambi fid-29 minuta, Grifo mill-penalty spot fid-29 minuta u Scherhant fit-42 minuta.
Draw diżappuntanti għal Sean Dyche u Nottingham Forest, bl-iskor finali ta’ 0-0, fejn il-Forest ikollhom ċans jiftħu l-iskor fil-35 minuta permezz ta’ Morgan Gibbs-White, pero l-midfielder Ingliż falla l-penalty tiegħu.
L-istess riżultat bejn Bologna u Brann, it-tieni draw għat-Taljani. Bologna kienu żvinturati li qattgħu l-maġġoranza tal-partita jilagħbu b’għaxra hekk kif tkeċċa Lukogiannis fit-23 minuta.
Minn naħa l-oħra, it-Taljani l-oħra kuntenti bir-rebħa ta’ 2-0 fuq Rangers, fl-Ibrox Stadium.
Gowls minn Matias Soule u Lorenzo Pellegrini fl-ewwelt taqsima.
Skor identitku bejn Aston Villa u Maccabi Tel Aviv, bil-Villians joħorġu rebbieħa permezz ta’ gowl minn Ian Maatsen lejn it-tmiem tal-ewwel taqsima, u penalty ta’ Donyell Malen fid-59 minuta.
Lyon isoffru l-ewwel telfa fil-kompetizzjoni hekk kif ġew megħlub minn Real Betis 2-0.
Abde Ezzalzouli u Antony jiskorjaw fl-ewwel taqsima.
Skor ta’ 2-0 ukoll bejn VFB Stuttgard u Feyenoord. Il-Ġermaniżi rebbieħa b’żewġ gowls lejn it-tmiem ta’ Khannous u Undav.
UEFA
EUROPA LEAGUE
Illum
Basel v FCSB 3-1
D.Zagreb v C.Vigo 0-3
Midtjylland v Celtic 3-1
RB Salzburg v G.A Eagles 2-0
Utrecht v Porto 1-1
FK C.Zvezda v Lille 1-0
Malmo v Panathinaikos 0-1
Nice v Freiburg 1-3
S.Graz v Nottingham F. 0-0
A.Villa v Maccabi T.A 2-0
Bologna v Brann 0-0
Ferencvaros v L.Razgard 3-1
PAOK V Y.Boys 4-0
Rangers v Roma 0-2
R.Betis v Lyon 2-0
Braga v Genk 3-4
Stuttgart v Feyenoord 2-0
V.Plzen v Fenerbahce 0-0
UEFA EUROPA CONFERENCE LEAGUE
Illum
AEK Athens v S.Rovers 1-1
AEK Larnaca v Aberdeen 0-0
Noah v SK S.Olomouc 1-2
KuPS v S.Bratislava 3-1
Mainz 05 v Fiorentina 2-1
NK Celje v L.Warszawa 2-1
Samsunspor v Ħ.Spartans 3-0
S.Donetsk v Breidablik 2-0
S.Prague v R.Czetochowa 0-0
BK Haecken v Strasbourg 1-2
C.Palace v AZ 3-1
D.Kyiv v Z.Mostar 6-0
KF Shkendija v J.Bialystok 1-1
Lausanne v O.Nicosia 1-1
Lincold RI v Rjieka 1-1
R.Wien v CS U.Craiova 0-1
R.Vallecano v L.Poznan 3-2
Shelbourne v Drita 0-1


