L-Island Car Club Malta organizza s-seba’ rawnd tal-Kampjonat Enemed Malta Hillclimb 2025 fl-Imtaħleb.
Wara li r-rawnd preċedenti kellu jiġi pospost minħabba x-xita, l-avveniment irritorna f’kundizzjonijiet tat-temp ideali. Il-kompetituri gawdew ġurnata sħiħa ta’ tlielaq u temmew l-erba’ ġirjiet uffiċjali. L-avveniment kellu n-numru massimu possibbli ta’ kompetituri.
Christian Azzopardi kien ir-Rebbieħ Ġenerali qabel Matthew Zammit u Chris Xuereb fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Ir-rebbieħa tal-kategoriji kienu dawn:
L-aktar veloċi 4Wheel Drive, Joseph Calleja;
L-aktar veloċi RWD, Noel Galea;
L-aktar veloċi FWD, Nicholas Micallef;
L-aktar veloċi fil-klassi Klassika, Matthew Camilleri;
L-aktar veloċi fil-klassi Street, Matthew Camilleri;
L-aktar sewwieqa mara veloċi, Martina Caruana;
L-aktar sewwieq veloċi ta’ ’l fuq minn 60 sena, Jesmond Mangion;
L-aktar sewwieq veloċi ta’ taħt il-25 sena, Nicky Gauci filwaqt li l-aktar guest veloċi kien Josef Abela.
Ir-rawnd finali tal-Kampjonat Island Car Club Hillclimb 2025 fid-Dawret il-Mellieħa Bypass fil-Mellieħa se jsir fis-16 ta’ Novembru fejn ikunu deċiżi ċ-champions tal-istaġun.
//= $special ?>
