Kummerċ Lokali Sport

Ix-xirja li jmiss tista’ twasslek għall-Olimpjadi tax-xitwa Milano Cortina 2026, grazzi għall-Visa

Spend and Win mal-BOV Visa cards

Grazzi għal Visa, il-Bank of Valletta nieda promozzjoni ġdida li tagħti l-opportunità lill-klijenti tal-Bank jirbħu premjijiet kbar meta jħallsu permezz tal-kards tal-BOV Visa. Bejn l-20 ta’ Ottubru 2025 u l-14 ta’ Diċembru 2025, dawk kollha li għandhom kard Visa tal-BOV jistgħu jipparteċipaw fil-lotterija Spend & Win b’ċans li jirbħu btala esklussiva kollox inkluż għal żewġ persuni. Kulma jridu jagħmlu l-klijenti huwa li jużaw il-kards fiżiċi tal-Visa jew il-kartieri diġitali tagħhom biex jagħmlu pagamenti, u jirreġistraw permezz ta’ formola online apposta.

Dawk il-klijenti li jagħmlu mill-inqas għaxar tranżazzjonijiet li jammontaw għal total ta’ mhux inqas minn €300 matul il-perjodu ta’ promozzjoni se jidħlu awtomatikament fiċ-ċans li jirbħu esperjenza tal-ħolm. Tliet rebbieħa se jirbħu vjaġġ esklussiv, kollox inkluż għal żewġ adulti kull wieħed. Huma se jkunu jistgħu jesperjenzaw l-Olimpjadi tax-Xitwa Milano Cortina 2026, grazzi għall-Visa. Il-premju jinkludi titjiriet bir-ritorn, akkomodazzjoni, trasferimenti mill-ajruport u aċċess għal avvenimenti esklussivi. Kull pagament jgħodd, sew jekk tħallas b’kard fiżika jew permezz ta’ smartphone jew smartwatch.

Waqt li kien qed jitkellem dwar din il-promozzjoni, Chris Degabriele, il-Kap tal-eBanking fil-Bank of Valletta, qal, “Permezz tas-sħubija b’saħħitha tagħna mal-Visa, qed inkomplu nagħtu lill-klijenti tagħna aktar raġunijiet biex jużaw il-kards tal-BOV Visa tagħhom. Din il-kollaborazzjoni hija ffukata fuq sforzi biex il-pagamenti jsiru malajr, b’mod sigur, konvenjenti, kif ukoll b’mod li jippremja lill-klijenti. Kemm jekk tkun qed tixtri online, tuża l-mobile, kif ukoll jekk qed tuża l-kard fiżika tiegħek f’ħanut, kull pagament se jżidlek iċ-ċans li tirbaħ. Dan huwa l-mod tagħna li nirringrazzjaw lill-klijenti leali tagħna talli jagħżlu l-BOV għas-servizzi bankarji ta’ kuljum tagħhom.”

Din l-inizjattiva tibni fuq l-impenn tal-BOV li jwassal esperjenzi ta’ pagamenti aktar intelliġenti u diretti. Hekk kif aktar klijenti qed jagħżlu pagamenti contactless u diġitali, il-BOV u l-Visa qed jaħdmu flimkien biex jiżguraw li kull tranżazzjoni tkun sigura, bla xkiel, u li toffri valur miżjud.

Din il-promozzjoni għaddejja waqt li beda jiżdied l-eċċitament  għall-Olimpjadi tax-Xitwa  Milano Cortina 2026, li se jlaqqa’ flimkien l-aqwa atleti fid-dinja għal 16-il ġurnata ta’ kompetizzjoni madwar postijiet spettakolari fl-Italja. Il-logħob, li se jsir bejn is-6 u t-22 ta’ Frar 2026, se jikkonsisti f’aktar minn 100 avveniment fi tmien dixxiplini sportivi. Din se tkun ċelebrazzjoni ta’ eċċellenza atletika, għaqda, u l-ispirtu sportiv.  Dawn huma valuri li jikkorrispondu b’mod qawwi kemm mal-BOV kif ukoll mal-Visa.

Għal aktar dettalji u għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-promozzjoni BOV Visa Spend & Win, żur  https://www.bov.com/visa-promotion.