Ambjent Lokali

Jason Micallef jgħid lill-ġurnalist tat-Times biex jieqaf “jirreċta”

"Dawn huma biss pantomimi u qerq"

“Dan huwa ramel u żrar li tara f’parks barra minn Malta”.

Kienet din it-tweġiba li ta l-uffiċjal Laburista Jason Micallef lit-Times of Malta, f’intervista li ġiet imxandra online aktar kmieni dalgħodu. Dan wara l-kritika enormi li rċieva Micallef minħabba li kesa l-picnic area ta’ Ta’ Qali bir-ramel, fiz-zona fejn qabel kien hemm il-ħaxix.

Jason Micallef insista li ta din l-intervista biex igiddeb “il-qerq u l-pantomimi”, inkluż ta’ Arnold Cassola – li ddeskrivih bħala anzjan ta’ 70 sena, imlaqqam minnu bħala “Mr 2%”.

Fl-intervista, Micallef deher evidenti li kien skomdu immens. U waqt li beda jxejjer il-photocopies li kellu f’idejh, dar fuq il-ġurnalist Mark Lawrence Zammit u qallu biex jieqaf jirreċta.

Jason Micallef stqarr li hu qed ikun “trasparenti aktar mit-trasparenza”. U qal li l-ħaxix se terġa’ tikber meta tagħmel ħafna aktar xita, għaliex “stqarr li “xita ma tantx għamlet”.

Apparti minn hekk, Micallef qal li huwa normali – skont hu – li jieħdu l-bowżers bil-lejl biex ixarrbu l-art.