Ħafna sewwieqa dalgħodu spiċċaw imwaħħlin għal ħin twil fl-Imsida, minħabba n-nuqqas ta’ ppjanar minn naħa tal-Gvern – waqt li bħalissa għaddej il-proġett fiz-zona ta’ quddiem il-Knisja.
Wara li fi tmiem il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li kien infetaħ il-pont il-ġdid li jwassal lejn il-Belt Valletta, issa dan il-pont spiċċa jintuża temporanjament kemm mill-karozzi li jkunu ġejjin minn naħa tal-Gżira kif ukoll mill-vetturi li jkunu ġejjin minn naħa ta’ Birkirkara. Dan wassal għal konġestjoni kbira ta’ traffiku f’din iz-zona tal-Imsida, li baqgħet tul il-ġurnata kollha.
Intant, diversi Misidjani qalulna li din is-sitwazzjoni qed taffettwa lilhom direttament – għaliex it-traffiku qed jestendi wkoll anke fit-toroq sekondarji li jwasslu għan-naħa tax-xatt.




