Is-servizzi sigrieti tal-Awstrija skoprew ħażna ta’ armamenti fi Vienna li jaħsbu li hi konnessa mal-grupp militanti Palestinjan Ħamas u li x’aktarx kienu se jintużaw għall-‘attakki terroristiċi fl-Ewropa’.
Il-Gvern Awstrijak ukoll aċċenna għal din it-theddida potenzjali waqt li kkonferma li ċittadin Britanniku qed jinżamm taħt arrest f’Londra fuq suspett li hu ‘involut fil-każ ta’ dawn l-armi’.
Il-kelliema infurmati fi Vienna żvelaw ukoll li l-investigazzjonijiet qed jindikaw li l-istituzzjonijiet Iżraeljani jew tal-Lhud kellhom ikunu mira għall-attakki, fil-ġejjieni, ‘u meta s-suċċess tal-pjan x’aktarx li ‘kien qed jiddependi fuq l-istess armi li nħatfu sigħat ilu’.
Is-sejba kienet possibbli wara investigazjoni koordinata fuq livell internazzjonali rigward allegata ‘oganizzazzjonji terroristika globali bir-rabtiet mal-Ħamas’.
Dan ukoll meta l-investigazzjonijiet qed juru li l-armamenti kienu twasslu l-Awstrija minn grupp speċifiku u mhux identifikat – dejjem bil-ħsieb li jitwettqu atti terroristiċi.
//= $special ?>

