L-inċidenti tat-traffiku rreġistrati mal-Pulizija u mill-Aġenzija LESA mis-sena 2021 sas-sena l-oħra dejjem żdiedu, u żdiedu minn ftit aktar minn 14,000 fl-2021 għal aktar minn 16,500 is-sena li għaddiet – żieda ta’ aktar minn 2,500 inċidenti tat-traffiku f’erba’ snin.
Jirriżulta li l-inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija fl-2020 kienu 2,833 u lil-LESA 2,833 mill-15 ta’ April 2020; fl-2021 kien hemm 3,055 inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija u 11,085 lil-LESA – total ta’ 14,140; fl-2022 kien hemm 3,344 rappurtati lill-Pulizija u 12,368 lil-LESA għal total f’dik is-sena ta’ 15,712; fl-2023 jirriżulta li saru 2,911 lill-Pulizija u 13,499 lil-LESA, total ta’ 16,410; u s-sena li għaddiet 2,805 lill-Pulizija u 13,800 lil-LESA – total ta’ 16,605. Din is-sena 983 lill-Pulizija u 6,511 lil-LESA.
L-ammont8 ta’ inċidenti tat-traffiku tahom fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>

