Lokali

L-MUT tordna azzjonijiet fil-Junior College wara li l-għalliema tħallew bla risposta dwar il-ftehim kollettiv

L-MUT se tordna azzjonijiet industrijali fil-Junior College minħabba li l-ftehim kollettiv ilu sentejn li skada, minn Diċembru tal-2023. It-tilwima kienet irreġeistrata mal-Gvern u mal-Università ta’ Malta, li taħtha jaqa’ l-Junior College tal-Imsida.

Il-union qalet li ilha mis-sajf li ressqet il-proposta finanzjarja tagħha lill-Gvern. Iżda l-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kastilja baqgħu ma taw ebda reazzjoni jew xi forma ta’ tweġiba. Bil-lecturers tal-Junior College jitħallew fil-għama.

L-MUT insistiet li din l-attitudni minn naħa tal-Gvern turi biċ-ċar li dawn l-għalliema mhumiex prijorità. U din is-sitwazzjoni, fi kliem il-union, mhix aċċettabbli.