Sa issa, ħadd mill-Kabinett ta’ Robert Abela, għadu ma jaf x’inhu il-fair value li tawna Vitals u Steward u li l-Prim Ministru tant ftaħar bih fil-Parlament it-Tlieta filgħaxija.
Wara li Robert Abela ħarab kull mistoqsija li staqsih dan l-istazzjon dwar dan is-suppost ‘fair value’, kien imiss lill-Ministru Bryron Camilleri, li jaħrab milli jwieġeb. Filwaqt li attakk lill-PN bil-Mater Dei – sptar state-of-the-art li għadna ingawduh sal-lum.
Bil-Ministru Byron Camilleri, jgħidilna biss li s-servizz tas-saħħa qed jingħata minn Mater Dei.
Fi ftit kliem il-poplu fl-aħħar 12-il sena ħallas mill-but tiegħu miljuni kbar ta’ ewro, biex is-settur tas-saħħa għadu prinċiparjament jingħata minn sptar li inbenda minn Gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>

