Seħħet ħabta bejn Mazda Demio Misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena u Mercedes misjuqa minn raġel ta’
61 sena. Passiġġiera fil-Mercedes kien hemm mara ta’ 73 sena.Il-persuni involuti huma kollha residenti n-Naxxar.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-08:00 am, fi Triq il-Kappella ta’ Xagħra, fin-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza ħadet lit-tfajla kif ukoll lill-passiġġiera tal-Mercedes l-Isptar Mater Dei. Aktar tard tard l-anzjana kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi
filwaqt li t-tfajla kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.


