Santa Venera rebħu ċ-Charity Cup tat-tieni u t-tielet diviżjoni tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi meta fil-pitch ta’ Ħal Qormi San Ġorġ għelbu lil Senglea Boċċi Club.
F’konfront bbilanċjat li ntlagħab quddiem pubbliku numeruż, Senglea rebħu l-ewwel logħba 11-6 għalkemm fit-tieni konfront kienu Santa Venera li wettqu reazzjoni sabiex rebħu 11-7. Fit-tielet logħba dik deċiżiva, Santa Venera rebħu 5-2 li kien biżżejjed sabiex rebħu din il-finali.
Għal Santa Venera lagħbu Carl Calleja, Kyle Pace, Victor Zahra, Ivan Cortis, Saviour Cassar u Etienne Vella filwaqt li għal Senglea lagħbu Dylan Abela, Jesmond Desira, Charles Cassar, Omar Callus, Marvin Pavia u James Mamo.
Referee ta’ din il-partita kien Redeemer Azzopardi.
Fi tmiem il-finali l-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Santa Venera Carl Calleja.
//= $special ?>
