Is-Segretarju Parlamentari Laburista Omar Farrugia stqarr li “dik hija r-realtà”. Dan meta affaċċjat bil-fatt li l-Gvern spiċċa jikkwota stqarrija tal-Gvern stess biex jimbotta ‘l quddiem il-propaganda tiegħu dwar Vitals u Steward.
Dan ħareġ ċar waqt xandira li kien hemm fuq is-Super One, u li fiha ħadet sehem id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello. Fejn hi stess pressat lil Farrugia biex jikkwota eżatt minn fejn il-Gvern qed joħroġ il-konklużjonijiet tiegħu dwar l-arbitraġġ internazzjonali.
Eve Borg Bonello qalet li għadna sal-lum ma nafux x’kienet id-difiża li għamel il-Gvern biex il-pajjiż jieħu lura l-miljuni li nsterqu. Biex issa, mhux talli ma ħadna xejn, talli se jkollna noħorġu aktar flus.
Dwar dan, Omar Farrugia ma kienx kapaċi jwieġeb. U qal biss li ż-żmien jagħtina parir.
Intant, meta d-deputat Nazzjonalista bdiet tispjega l-proposta importanti li ressaq Alex Borg dwar iċ-Child Trust Fund, is-Segretarju Parlamentari attakka lura billi qal li din hija idea li ġejja mill-Istati Uniti.
//= $special ?>

