Sport

Sfida diretta fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association

Għaxaq Wolves rebħu l-ewwel sfida diretta tagħhom fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association wara li għelbu lil Valletta Stars 2-1.

Kien test importanti għall-Għaxaq Wolves kontra tim li kien jinsab f’forma tajba wara l-ewwel żewġ partiti.

Kienu Valletta Stars li marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ Abba Auwal għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, Għaxaq Wolves kisbu l-gowl tad-draw fil-45 minuta permezz ta’ Leandro da Silva Almeida sabiex disa’ minuti wara skorjaw il-gowl tar-rebħa minn penalty skorjat minn  Ian Zammit.

Referee kien Lorry Sammut.

Senglea Gunners waqqgħu l-ewwel punti tagħhom tal-istaġun meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Balluta Barracudas fejn Senglea skorjaw il-gowl tad-draw fil-ħin mogħti żejjed mir-referee wara li kien Sebastian Agius li kien poġġa lil Balluta Barracudas minn fuq sabiex fil-ħin mogħti żejjed mir-referee, kien Lamin Fatajo li ġab id-draw għal Senglea.

Referee kien Peter Abela.

Fit-tieni diviżjoni, Swieqi United AFC komplew bis-serje pożittiva meta kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva meta għelbu 3-0 lil Naxxar Victorians.

Manthrammal Suhail kien protagonista għal Swieqi meta skorja darbtejn flimkien mal-gowl minn Julius Ipeanyi Offorzor.  Referee kien Alper Can.

Gudja Wanderers kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 2-1 b’gowls ta’ Marco Antonio Bravo Ortiz u Brandon Nieto Sanchez wara li Leonardo Radicchi kien skorja għal Ta’ Giorni Wanderers.

Referee kien Jonathan Balzan.

Ħamrun Sporting u St Paul’s Bay NMFC spiċċaw fi draw ta’ 1-1 b’gowls minn Josef Zammit għal Ħamrun u Hari Bahadur Ale Magar għal Saint Paul’s Bay NMFC . Referee kien Onur Arslan.