Il-Kap tal-PN Alex Borg din il-ġimgħa żar ċentru ta’ obstacle training immexxi minn Ivan Gauci, ex-military rescuer li jħarreġ lil adulti, żgħażagħ u tfal.
Matul din iż-żjara, Alex Borg tkellem dwar kemm l-isport huwa għal qalbu.
Hu qal li spazji bħal dawn jgħinuna nikbru flimkien – fiżikament, mentalment u bħala komunità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat għal din iż-żjara mix-Shadow Minister għall-Isport David Agius. Huma ddawru mal-post, u setgħu jaraw il-faċilitajiet li hemm u s-servizzi offruti.
Alex Borg minn naħa tiegħu stqarr li hu personalment jimtela b’enerġija meta jara kif id-dixxiplina u l-passjoni jistgħu jbiddlu esperjenza f’opportunità – mhux biss għall-ħila sportiva, imma wkoll għas-saħħa mentali u l-komunità.




