Nancy Pelosi, waħda mill-aktar politiċi magħrufa fl-Istati Uniti u madwar id-dinja, ħabbret li qed tirtira mill-Kungress wara karriera li damet għall-għexieren ta’ snin…Karriera li kienet strumentali biex din il-veterana tal-Partit Demokratiku minn Kalifornja ssir waħda mill-aktar personalitajiet influwenti fil-politika Amerikana.
Intant, Nancy Pelosi, waqt messaġġ bil-video, qalet li hi mhix se tikkuntesta mill-ġdid għall-Kungress ta’ Washington ladarba jiskadilha t-terminu fil-bidu tal-2027.
Dan meta Pelosi, li għandha 85 sena, saret l-ewwel mara fl-istorja tal-Istati Uniti li serviet bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti – u meta hi anki mexxiet lid-deputati Demokratiċi fil-kamra t’isfel tal-Kungress, bejn l-2003 ul-2023.
//= $special ?>

