Futbol Sport

Żabbar St.Patricks, Tarxien Rainbows u Mosta mal-aħħar tmienja tal-Jubilee Cup

ŻABBAR ST.PATRICKS……………………..4

NAXXAR LIONS…………………………….2

Żabbar SP: J.Grech, H,Tchaouna, P.Cejas, B.Ariel Gambarte, J.Micallef, S.Jovancic, Z.Leonardi, R.Scicluna, T.Brito, K.Scicluna, J.Pisani

Naxxar L: M.Debono, M.Fenech, J.Victor Souza Dos Santos, K.Haber, R.Da Silva, G.Goncalves, M.Micallef (C.Gauci 59’), C.Nganmini (V.De Jesus 60’), O.Portelli, G.Bonanno (N.Pace Cocks 59’), J.Mouro Cardoso

Referee: Fyodor Zammit

Imwissija: B.Ariel Gambarte 58’ (Ż)

Skorjaw: C.Nganmini 26’, G.Goncalves 65’ (N), H.Tchaouna 35’, R.Scicluna 49’ (Ż)

Żabbar għamluha mal-aħħar tmienja meta fil-Jubilee Cup għelbu lil Naxxar Lions 4-2.

Naxxar jiftħu l-iskor permezz ta’ Christian Nganmini fis-26 minuta, però ż-Żabbarin jirrispondu 9 minuti wara permezz ta’ Haroun Tchaouna.

Żabbar marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba b’Ryan Scicluna, u Naxxar jirrispondu fil-65 minuta b’Goncalves.

Botta u risposta, gowl ta’ Mario Fontanella fl-74 minuta.

Cejas jikkonferma l-kwalifikazzjoni fit-78 minuta.

TARXIEN RAINBOWS…………….1 (7)

GŻIRA UNITED…………………….1 (6)

Tarxien Rainbows: M.Spiteri, W.Filipe (M.D’Alessandro 46’), J.Quitongo (E.Junior 75’), G.Vella, S.Mizzi, L.Borg (A.Vella 46’), N.Rosa (O.De Barros 72’), P.Xuereb (K.Donsu 46’), R.Tavares, W.Dos Santos,M.Grima

Gżira United: K.Sargent, G.Mentz Bohrer, D.Abela, A.Borg, A.Penha da Costa (S.Periaza 18’), C.Failla, J.Portocarrero, D.Xuereb, J.Calderon, W.Felix (M.Conti 86’), F.Virgens

Tkeċċa: Miguel D’Alessandro 90′ (T)

Referee: Daniel Casha

Tarxien Rainbows ukoll mal-aħħar tmienja tal-Jubilee Cup hekk kif għelbu lil Gżira United bil-penalties. L-iskor wara 90 minuta jkun 1-1, b’dak ta’ wara l-penalties ikun 7-6.

Gżira United imorru fil-vantaġġ b’xutt mill-isbaħ ta’ David Xuereb fit-33 minuta, biex Dos Santos ikkonverta l-penalty tiegħu fis-67 minuta u għamel l-iskor indaqs.

Tarxien jiskorjaw Sheldon Mizzi, Rafael Tavares, Wllisson Dos Santos, Marcus Grima, Octavio De Barros, Erico Junior, Andreas Vella, ifalli Gabriel Vella

Gżira jiskorjaw Gabriel Mentz Bohrer, Clayton Failla, Jork Portocarrero, David Xuereb, Johan Calderon u Santiago Periaza, u jfallu Fabricio Virgens u Andrew Borg.

Tarxien Rainbows issa jilagħbu kontra Marsaxlokk fil-kwartifinali

ŻURRIEQ……………0 (5)

MOSTA……………..0 (6)

Żurrieq: G.Borg, S.Bugeja (H.Xuereb 65’), C.Eziefula, B.Ihuomah, G.Aquilina, J.Sarruade, S.Grech (B.Schneider 69’), A.De Barros, J.Monney, S.Darmanin (G.Sciberras 88’), D.Borg

Mosta: A.David Udoh, A.Agius, J.Scerri (J.Farrugia 18’), S.Charles (D.Santos 60’), J.Dias, R.Debono (L.Urpani 83’), N.Agius (Q.Herrera 46’), P.Chibuzor Emmanuel, B.Farrugia (R.Caruana  83’, J.Vassallo, L.Da Silva

Tkeċċa: A.David Udoh 18’ (M)

Referee: Vladimir Rizoski

It-tim tal-YoHealth Malta Premier saba diffiċli ħafna jegħleb lil Żurrieq mill-BOV Challenge League hekk kif il-Mostin kellhom jistennew sal-penalties biex jegħlbu lill-avversarji.

Il-goalkeeper Mosti Akpan David Udoh tkeċċa wara biss 18-il minuta logħob, bil-Mostin jilagħbu b’għaxra għall-kumplament tal-partita. Jamie Scerri jkun il-plejer li jinqala’ għall-goalkeeper Jayden Farrugia.

Mosta jgħaddu għall-aħħar tmienja u jilagħbu kontra Sliema Wanderers, li għelbu lil Birkirkara 3-2.

Fl-għoti tal-penalties, għal Mosta skorjaw Aiden Agius, Joao Dias, Prince Chibuzor, Jake Vassallo, Leonardo Da Silva u Quelmer Herrera, filwaqt li falla Daniel Santos.

Għal Żurrieq, skorjaw Brendan Schneider, Jonathan Monney, Anderson De Barros, Jhoel Sarruade u Chibueze Eziefula u fallew Brite Ihuomah u Darren Borg.