Għandna niffokaw fuq kif se mmexxu l-intelliġenza artifiċjali u mhux inħalluha tmexxi lilna – dan filwaqt li għandna bżonn ninvestu fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.
Kien dan is-sentiment li ħareġ minn laqgħa li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien mal-ex Ministru Finlandiż Olli-Pekka Heinonen.
F’din il-laqgħa, Alex Borg tkellem dwar kif f’pajjiżna – anke skont is-survey tal-EY – l-akbar sfidi li għandna huma dawk tal-ħiliet tal-ħaddiema tagħhna u anke r-reskilling. Fejn anke spjega li l-mudell edukattiv tagħna huwa bbażat fuq kif wieħed jitgħallem bl-amment u mhux li jikkritika.
Minn naħa tiegħu, l-eks Ministru Finlandiż spjega li kien propju hu l-moħħ wara bidla fil-kurrikulum u l-awtonomija edukattiva f’pajjiżu. Li wassal sabiex l-edukaturi jkunu aktar liberi u jaddattaw tgħalim li huwa addattat għall-bżonnijiet tal-komunità.
Madanakollu, l-eks Ministru emfasizza l-bżonn tal-ekwità, u anke t-tgħalim tul ħajjitna kollha. Fejn anke spjega l-importanza li tintuża’ t-teknoloġija. Huwa kien ministru tal-Edukazzjoni mill-1994 sal-1999 fejn mbagħad sar Ministru Għat-Trasport u l-Komunikazzjoni.
//= $special ?>
