“Alex Borg ma ddiżappuntax; preżenta diskors dinamiku u deċiżiv, u li offra tama li l-affarjiet jistgħu isiru ferm aħjar.”
Saħaq dan il-ġurnalist Yannick Pace f’opinjoni ppubblikata fis-sit LovinMalta, b’reazzjoni għad-diskors tar-replika tal-Budget mill-Kap tal-PN Alex Borg.
F’din l-analiżi indipendenti, Alex Borg ġie deskritt bħala mexxej politiku differenti minn dawk kollha li ġew qablu, anke minħabba l-mod li bih qed jagħmel il-politika – li skont Yannick Pace, qed toffri tama lil dawk li jixtiequ li jgħixu f’pajjiż li huwa amministrat tajjeb.
Hu faħħar ukoll il-fatt li Alex Borg bil-mod il-mod qed ikun simbolu poltiku ta’ tama u serħan il-moħħ. U semma’ l-fatt li il-Kap tal-PN jirikonoxxi t-tajjeb li sar, tant li wiegħed li jkompli jibni fuqu – iżda fl-istess ħin jirrikonixxi l-problemi li qed jaffaċja il-pajjiż.
Apparti min hekk fil-kitba tiegħu, Pace saħaq li Alex Borg qed jirnexxielu jibqa’ relevanti waqt li jiddetta l-aġenda tal-pajjiż – liema aġenda qed tkun wkoll iffukata fuq il-ħtiġijiet diretti u reali tal-Maltin u l-Għawdxin, u mhux sempliċiment imaqdar kollox għas-sempliċi raġuni li hu l-Kap tal-Oppożizzjoni. Tant li fl-istess opinjoni, intqal li Alex Borg qed jaqdi d-dmir kostituzzjonali tiegħu bl-aktar mod effettiv.
Yannick Pace semma’ kif Alex Borg qed jirnexxielu jħalli n-nies jibqgħu jisimgħu dak li qed jgħid, u bil-mod enerġetiku u żgħażugħ tiegħu, qed iżomm lin-nies interessati, fuq kollox fuq dak li qed jipproponi.
Lil hinn mill-proposti infushom, Alex Borg qed jirnexxielu jwassal il-proposti għand in-nies, bl-iktar mod effettiv, b’riżultat li qed jirnexxielu jwassal il-media lokali titkellem fuq dawn l-istess proposti li qed jagħmlu sens. Tant li saħansitra, d-diskors tiegħu irnexxielu jiġbed aktar attenzjoni minn tal-Prim Ministru Abela.
Fl-aħħar nett Yannick Pace saħaq li Alex Borg qed ikun wkoll pożittiv u mhux qed ipenġi lil Malta bħala pajjiż mudlam li ma’ jistax jirkupra mill-ħażin u l-problemi – anzi qed ikun pijunier ta’ tama għal xi ħaġa aħjar, għal mod ġdid u effettiv ta’ kif issir il-politika u kif jiġi imfassal il-futur ta’ pajjiżna.
//= $special ?>

