Lokali

Bejn Jannar u Settembru kellna 16-il vittma fit-toroq ta’ pajjiżna

Lulju kien l-aktar xahar li fih rajna fatalitajiet fit-toroq ta’ pajjiżna. Dan hekk kif bejn Jannar u Settembru kellna b’kollox 16-il persuna li mietu f’inċidenti tat-traffiku.

L-istatistika turi li fit-tielet kwart tas-sena kien hemm sebat imwiet f’inċidenti tat-traffiku, li involvew erbat irġiel u tliet nisa.

Matul it-tielet kwart tal-2025, l-inċidenti tat-traffiku naqsu bʼ10.9 fil-mija bħala total. Dan filwaqt li inċidenti li fihom indarbu persuni żdiedu bʼ0.8 fil-mija meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2024.

Bejn Lulju u Settembru, l-akbar għadd taʼ inċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tlieta – ammont ta’ 690 każ jew 17.6 fil-mija tat-total.

Birkirkara rreġistrat l-akbar għadd ta’ inċidenti tat-traffiku bʼ224 każ.