L-eks Ministru Laburista Clayton Bartolo, issa Membru Parlamentari Indipendenti, ħabbar li ħiereġ għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Dan ikkonfermah hu stess waqt Buffet Breakfast u Tombla li organizza fl-aħħar jiem, hekk kif insista li hu dejjem se jkun Laburist.
It-Times of Malta staqsew lill-Kap Eżekuttiv tal-Labour Leonid McKay jekk l-eks Ministru għat-Turiżmu hux se jitħalla jirritorna mal-Labour, wara li l-partit keċċieh – b’McKay jisħaq li s’issa għadu ma ġiex diskuss formalment.
Dan ifisser li uffiċjalment Bartolo mhux qed jiġi diskuss, madanakollu ma eskludiex li mhux talli jitħalla lura fil-Partit Laburista, talli saħansitra jippermettu li Clayton Bartolo joħroġ għall-Elezzjoni Ġenerali bħala kandidat tal-Partit Laburista.
Bartolo kien tkeċċa mill-Grupp Parlamentari Laburista kif ukoll minn Ministru għat-Turiżmu wara li kienu żvelati pagamenti suspettużi lill-mara ta’ Bartolo – pagamenti li jlaħqu mal-€50,000 minn kumpanija li kellha rabta mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Hija kienet qed taħdem ukoll mal-Ministeru għal Għawdex bħala advisor waqt li kienet għadha qed tagħmilha ta’ Assistenta Personali tal-eks Ministru.
//= $special ?>
