Bejn il-25 u s-27 ta’ Settembru 2025, saret żjara uffiċjali f’Anela, Sardinja, fejn ġie ffirmat Ftehim ta’ Ħbiberija bejn il-Kunsill Lokali ta’ Iż-Żebbuġ, Għawdex u l-Comune di Anela.
F’din l-okkażjoni, delegazzjoni minn kull għaqda volontarja ta’ Iż-Żebbuġ ingħatat l-opportunità li tipparteċipa sabiex b’mod konkret u sinifikanti jsir skambju ta’ kultura, tradizzjonijiet u esperjenzi mal-komunità ta’ Anela.
Dan l-avveniment memorabbli jimmarka l-bidu ta’ ħbiberija dejjiema bejn iż-żewġ lokalitajiet, bil-għan li jissaħħu r-rabtiet ta’ kollaborazzjoni reċiproka, skambju kulturali, u promozzjoni ta’ valuri kondiviżi ta’ rispett, solidarjetà u spirtu komunitarju.
Dan il-ftehim għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet kulturali u soċjali bejn iż-żewġ komunitajiet, jippromwovi opportunitajiet ta’ tkabbir permezz ta’ edukazzjoni, turiżmu u inizjattivi kulturali, u li jinkoraġġixxi proġetti u kollaborazzjonijiet konġunti li jibbenefikaw minnhom ir-residenti taż-żewġ naħat.
Il-Kunsill Lokali ta’ Iż-Żebbuġ, Għawdex esprima wkoll r-ringrazzjament sinċier tiegħu lil kull min ta sehmu f’dan il-proċess u li, permezz ta’ impenn u rieda tajba, wassal sabiex din l-inizjattiva tkun suċċess.
Huma esprimew ir-ringrazzjament speċjali għal fondi tal CERV u EU Funds, u lill-SEM – Servizzi Ewropej f’Malta għall-għajnuna tagħhom biex dawn il-fondi kienu disponibbli.
//= $special ?>

