Id-deċiżjoni tal-arbitraġġ ikkonfermat is-sentenzi tal-Qorti Maltija – li d-deal ta’ Vitals u Steward saret b’kollużjoni.
Kien dan li ddikjaraw is-Shadow Minister Adrian Delia flimkien mal-Avukat Edward Debono waqt il-programm NetLive.
Fl-intervent tiegħu, Adrian Delia spjega li l-Gvern Laburista qed jigdeb meta jiddikjara li ma seħħitx serqa, hekk kif is-serqa għadha qed issir permezz tal-gideb li qed jixxerred. Fejn Adrian Delia spjega li Vitals u Steward ma bnew xejn ġdid, għajr “minor cosmetic adjustments”.
Filwaqt li sfida lill-Prim Ministru sabiex nhar it-Tnejn jagħmel dibattitu urġenti fil-Parlament sabiex tiġi diskussa d-deċiżjoni.
Minn naħa tiegħu, Edward Debono spjega li din tikkonferma s-sentenzi tal-Qorti, fejn spjega li l-Gvern Malti seta mar jiddefendi lill-Maltin iżda dan ma sarx.
//= $special ?>

