Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belġju ltaqa’ b’urġenza wara li ntlemħu numru ta’ drones mhumiex identifikati fuq il-bażijiet u l-ajruporti tal-pajjiż.
Is-sitwazzjoni affettwat it-titjiriet minn dan il-pajjiż fost id-‘diversions’ inevitabbli mill-ajruport ewlieni ta’ Brussell.
L-awtoritajiet Belġjani, issa, qed jippjanaw proġett għat-twaqqif ta’ ċentru ġdid għas-sorveljanza tal-ispazju tal-ajru. Huma qed jaħsbu wkoll biex jintroduċu reġistrazzjoni għad-drones bħala xi ħaġa li trid issir bilfors.
Iċ-ċentru ġdid mistenni li jibda jiffunzjona mill-1 ta’ Jannar ..Proġett li skont il-Ministru Belġjan għad-Difiża, Theo Francken, għandu jkun l-akbar sfida għall-pajjiż fil-ġimgħat li ġejjin.
Filwaqt li mhemm xejn ikkonfermat, l-indikazzjonijiet huma li l-attività bid-drones fuq l-Istati Ewropej, inkluż il-Belġju, hi relatata direttament mal-istrateġiji attwali tar-Russja.
//= $special ?>

