Lokali

“Il-miżuri tal-Gvern huma biżżejjed” – Clifton Grima

“Hemm biżejjed miżuri tal-Gvern”

Iddikjara dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima meta ġie mistoqsi dwar il-proposta importanti taċ-Child Trust Fund li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista fejn wild se jingħata €5,000 – li bl-interessi jkomplu jiżdiedu sakemm il-wild jagħlaq 20 sena.

Jirriżulta li l-Gvern, minflok addotta proposta li bosta faħħru, qed jibqa’ jiddikjara li hemm “pataflun miżuri tal-Gvern” – f’kelma oħra, li hemm huwa biżejjed.

U minkejja li dan il-budget ma ppreżentax soluzzjonijiet dwar it-traffiku u l-overpopulation fost l-oħrajn, Clifton Grima insista li dan huwa l-aqwa budget fl-istorja.

Filwaqt li baqa’ jindika li l-proposta se tkun qed tiġi injorata kompletament mill-Gvern.

Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta proposta fejn kull wild jingħata €5,000 li jiżdied bl-interessi sakemm il-wild ikun jista’ jaċċessa l-flus ta’ 20 sena. Iżda l-Gvern ma qalx imqar kelma waħda favur din il-proposta tant importanti.