Il-Gvern Laburista reġa’ ma qalx kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin.
Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello staqsiet din il-ġimgħa fil-Parlament u għal darb’oħra, kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin. L-iterpellanza saret lill-Ministru Chris Bonett, Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. L-istess mistoqsija saret darbtejn oħra qabel.
Din il-ġimgħa il-Ministru Bonett wieġeb biss li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>

