Lokali

“Qalulna li mhux se jkun hemm għargħar – għamlet ix-xita u qatt ma rajt it-triq daqshekk mgħarrqa”

“Meta għamlu snin jaħdmu fuq Triq San Ġorġ f’Birżebbuġa qalulna li mhux ħa jkun hemm għargħar…għamlet ix-xita u qatt ma rajtha merqgħa daqshekk”

Kienu bosta residenti Birżebbuġin li rħewla fuq il-midja soċjali sabiex jesprimu d-diżappunt tagħhom għall-fatt li wara ħafna snin u battikati fuq ħidma infrastrutturali fi triq San Ġorġ, wara l-ewwel maltempata qalila, l-akwata għal darb’oħra spiċċat merqgħa.

Din it-triq speċifika dejjem kella’ problema ta’ għargħar, u wara snin ta’ xogħol fuq din it-triq, xorta waħda spiċċat fl-istess sitwazzjoni – b’bosta residenti jisħqu li kważi spiċċat agħar.

Kien għalhekk li kien hemm bosta li esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li anke wara ħafna sagrifiċċji li għaddew minnhom waqt li kien għaddej ix-xogħol, issa xorta waħda jinsabu fl-istess sitwazzjoni.

Apparti minn hekk, bosta residenti wkoll esprimew ir-rabja tagħhom billi qalu li l-Kunsillieri Laburisti fil-maġġoranza, iktar moħħhom kif ser jgħattu xtur il-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari favorit tagħhom, milli kif ser jaraw li r-residenti jingħataw prijorità u li x-xogħol infrastrutturali jsir tajjeb mill-ewwel.

Dan apparti kummenti li saħqu li x-xogħlijiet idumu wisq u ma jiġix ikkalkulat biżżejjed l-effett li jkun hemm fuq ir-residenti u dawk li jiffrekwentaw il-post.

Dan anke jekk kien hemm bosta li faħħru xogħlijiet u l-fatt li sar xi ħaġa – però esprimew b’dispjaċir li jidher li f’sitwazzjonijiet ta’ xita qalila, xorta waħda, r-residenti ta’ din l-akwata ser jibqgħu jesperjenzaw dan kollu.