Illum ġiet ippubblikata l-akbar prova li tikkonferma kif il-Gvern falla. U għaliex ma ġabx lura imqar ċenteżmu mid-deal tal-isptarijiet.
Mill-ewwel analiżi, jidher ċar li l-Gvern ta’ Abela lest iwaħħal fil-kawża li kien fetaħ Adrian Delia biex jinħeba mill-fatt li ma ġabx lura l-flus li ġew misruqa.
Fil-verità, l-istess analiżi turi li l-Gvern kellu jieħu passi immedjati – u mhux joqgħod fuq l-arbitraġġ, li fetħu ta’ Steward fit-Tribunal Internazzjonali.
Fuq kollox, waqt briefing lill-ġurnalisti, intqal illi l-Gvern u Steward qablu flimkien li – skont huma – ma kienx hemm frodi. Fi kliem sempliċi, kien il-Gvern illi qal li mhemmx frodi, u kienu ta’ Steward illi qalu li mhemmx frodi – u mhux l-arbitraġġ internazzjonali.
Ir-rapport tat-Tribunal internazzjonali fih 200 paġna. U f’dan id-dokument, il-kelma frodi tissemma’ 32 darba.
Intant, mill-istess briefing ħareġ li l-pajjiż tilef bejn €240 u €760 miljun f’investiment.
//= $special ?>

