Lokali

Skont il-Ministru Dalli, Steward tawna servizzi mediċi

Wara jiem mingħajr definizzjoni ta’ x’hinu eżatt il-fair value li rrefera għalih il-Prim Ministru b’rabta mad-deals ta’ Vitals u Steward…il-Ministru Miriam Dalli, f’kummenti lil Net News, qalet li dan il-fair value hu relatat mas-servizzi mediċi li dawn suppost tawna.

Dan minkejja li l-poplu kien imwiegħed 3 sptarijiet u mhux servizzi mediċi biss.

Intant, Net News staqsa lill-Ministru Miriam Dalli dwar il-proġett tal-White Rocks u għalfejn dan il-proġett ma semma fl-ebda ħin waqt il-preżentazzjoni tal-Budget mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

U filwaqt li normalment il-Gvern ta’ Abela jiftaħar bil-miljuni li jkun se jinvesti fil-proġetti, il-Ministru Dalli ma kienitx taf tgħidilna kemm se jkun jiswa’ dan il-proġett – jekk dejjem isir.

…turija ċara li dan huwa proġett li Robert Abela qabad u ħabbar mingħajr pjan u konsultazzjoni, biex jipprova jiġbor ġieħu f’dan is-settur, u jnessi l-isfreġju ambjentali tal-aħħar snin.