Alex Borg iżur il-fiera annwali tal-ktieb fl-MFCC Ta’ Qali

“Avvenimenti bħal dawn ikomplu jsaħħu l-literatura, l-għarfin u l-kultura tal-ktieb – dan apparti li jgħati spazju lil dawk kollha fis-settur”

Saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg hekk kif żar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed isir fl-MFCC, f’Ta’ Qali b’xelta vasta ta’ kotba kemm bil-lingwa Maltija u anke b’lingwi oħra, fosthom l-Ingliż.

Alex Borg flimkien ma’ Sarah Bajada, iltaqgħu ma’ dawk preżenti kemm adulti u anke tfal li kienu qed iqalbu qalb il-kotba li kien hemm għall-festival.

Ma’ Net News, Alex Borg qal li l-awtoritajiet iridu jassiguraw li l-pubblikaturi u l-kittieba Maltin jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Dan filwaqt li faħħar l-impenn ta’ dawk involuti sabiex dan kollu seta’ jkun possibli.

Net News tkellem ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb Mark Camilleri fejn magħna spjega l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kbir għal-literatura f’Malta.

Waqt iż-żjara tal-41 edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru, akkumpanja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista  ix-Shadow Ministers Justin Schembri u David Agius flimkien mad-Direttur tal-Informa James Aaron Ellul.

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo