Iktar minn 5,000 titjira kienet ikkanċellata jew imħassra, il-Ġimgħa, l-ewwel ġurnata f’mandat li ġiegħel lil linjiet tal-ajru biex inaqqsu t-traffiku minnħaba x-shutdow tal-Gvern.
Ir-regoli daħlu fis-seħħ ilbieraħ f’40 minn fost l-aktar ajruporti attivi. Dan biex tonqos il-pressjoni fuq dawk li jikkontrollaw it-traffiku u ħaddiema federali oħra li kienu qed jidħlu għax-xogħol mingħajr paga.
L-aktar ħaddiema essezjali kienu qegħdin jirrapurtaw sick jew inkella jagħmlu xi xogħol ieħor żejjed biex jippruvaw jaqilgħu biżżejjed flus biex jaslu sal-aħħar tax-xahar.
Għalhekk, minħabba dan in-nuqqas ta’ ħaddiema, il-Federal Aviation Administration (FAA) ħarġet ordni biex it-titjirit jonqsu b’4%.
It-titjiriet huma mistennija jonqsu b’10% sal aħħar tal-ġimgħa li ġejja.
Fil-qofol ta’ din is-sitwazzjoni hemm dawk li jikkontrollaw t-traffiku fl-ajru, ħaddiema essenzjali li huma xorta waħda jkollhom jaħdmu minkejja li mhux jingħataw paga matul dan ix-shutdown – li huwa l-itwal wieħed fl-istorja tal-Istati Uniti.
Il-unions tal-ħaddiema spjegaw kif huma kellhom jibqgħu jaħdmu għal iktar minn xahar mingħajr paga u kif dan wassal uħud minnhom biex joħorġu bis-sick minħabba ansjetà li din is-sitwazzjoni qabdithom.
Is-Segretarju tat-Trasport Sean Duffy qal li n-nuqqas fit-titjiriet s’issa qed jaffetwa biss lill-Istati Uniti, però dan jista’ jkun għadu biss il-bidu.
//= $special ?>

