Lokali

Jien lest biex niddefendi lill-Maltin u l-Għawdxin kollha b’ħilti kollha – Alex Borg

Li hu żgur hu li jien lest li niddefendi lil Maltin u l-Għawdxin b’ħilti kollha.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’messaġġ li wassal fuq il-media soċjali wara li għal darb’oħra l-poplu kellu konferma li l-Gvern ta’ Robert Abela mhux jiddefendih. Din id-darba b’rabta mad-deal ta’ Vitals u Steward fejn ħareġ biċ-ċar li l-ikbar vittma f’dan kollu kien il-poplu Malti u Għawdxi.

Alex Borg kompla jgħid li dak li intqal it-Tnejn fl-istqarrija tal-Gvern ma kien xejn ħlief stunt minn naħa tal-Gvern, fejn kanta vittorja b’rabta mal-konklużżjoni tal-ICC. u huwa propju hawn fejn toħroġ id-differenza bejn il-Prim Ministru Abela u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, li minn naħa tiegħu saħaq li kieku kien hu Prim Ministru ma kienx jiċċelebra sentenza li tgħid li l-ikbar vittma huwa l-poplu Malti.

“Kieku kont jien Prim Minisru kont naqbeż għall-poplu kollu b’ħilti kollha, quddiem kuntratt li żewġ qrati diġa’ ddeċidew li seraq lill-poplu Malti” tenna Alex Borg.

Pero għax il-Prim Ministru Abela mhu jagħml xejn minn dan il-poplu Malti se jibqa’ b’xejn, għax bla sptarijiet ġodda konna u bla sptarijiet ġodda għadna. Għalhekk wieħed irrid jistaqsi barra minn Malta minn qed jiddefendi lill-poplu Malti? temm jgħid Alex Borg