Fis-Serie A tliet partiti li ntemmew fi draw ta’ 0-0. Fid-derby delle Mole draw ta’ 0-0 bejn Juventus u Torino minkejja li kienet partitab’okkaħħjonijiet ta’ skor għaż-żewġ timijiet. Għal Juventus resqu viċin Thuram u Conceicao fl-ewwel taqsima, bil-goalkeeper ta’ Torino jerġa’ jkun protagonist fit-tieni taqsima b’diversi saves fsothom fuq konklużjoni bir-ras ta’ McKennie.
Draw ukoll ta’ 0-0 bejn Como 1907 u Calgiari. Cagliari kienu viċin li jirbħu l-partita wara 20 minuta meta kellhom gowl inħassar skorjat mill-plejer ta’ Como Alex Valle li tefa’ fix-xibka tiegħu stess, liema gowl kienu imħassar mill-VAR.
Riżultati: Como v Cagliari 0-0, Lecce v H.Verona 0-0, Juventus v Torino 0-0
//= $special ?>

