L-istati Unti mhux se tkun qed tattendi għal G20 summit li se jsir fl-Afrika ta’ Isfel.
Dan ħabru l-President tal-Istati Uniti bir-raġuni ewlenija tkun li fl-Afrika ta’ Isfel, dejjem skont Trump, qed jiġu persegwitati in-nies ta’ karnaġjon abjad. Bil-President Trump jgħid li huwa diżunur li l-Afrika ta’ Isfel qed tospita dan is-summit, fejn mexxejja mill-ikbar ekonomiji minn madwar id-dinja se jkun qed jiltaqgħu aktar tard dan ix-xahar.
Minn naħa tiegħu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Afrika ta’ Isfel qal li din id-deċiżjoni ta’ Trump hija fost l-aktar ta’ dispjaċir għalihom. S’sissa l-ebda partit politiku tal-Afrika ta’ Isfel, għadu ma qal li fil-pajjiż qed iseħħ ġenoċidju, fost dawn hemm ukoll dawk li jirrappreżentaw il-kommunita ta’ karniġjon abjad u l-Afrikaners, Afrikan ta’ dixxendenza Olandiża, Ġermaniża u Franċiża.
Fuq il-media soċjali Donald Trump kien qal li, l-Afrikaners kienu qed jiġu maqtula u li l-art tagħhom kienet qed tiġi illegalment konfiskata. Dan filwaqt li kien sostna li l-Afrika ta’ Isfel lanqas biss għandha titħalla tipparteċipa fil-G20.
Ta’ kull sena membru differenti mill-G20 jospita dan l-avveniment, u jiddetta l-agenda għal dak is-smmit. L-Istati Uniti mistennija tospita l-G20 wara l-Afrika ta’ Isfel.
Mindu Donald Trump laħaq President f’Jannar, hu kontinwament akkuża lill-Afrika ta’ Isfel b’diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini ta’ karnaġjon abjad, li huma f’minoranza, dan anka lura f’Mejju li għadda meta iltaqa’ mal-President tal-Afrika ta’ Isfel Cyril Rmaphosa fl-OVAL.
Addizzjonalment l-amministrazzjoni ta’ Trump kienet tat lil Afikaners, stat ta’ refuġju bir-rauni tkun li fl-Afrika ta’ Isfel qed iseħħ ġenoċidju. Il-Gvern tal-Afrika ta’ Isfel minn naħa tiegħu dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u fil-fatt anka l-Qorti fl-Afrika ta’ Isfel kienet iddikjarat li dawn id-dikjarazzjonijiet huma biss ħrafa.
Il-G20 ġiet imwaqqfa fl-1999, wara l-kriżi finanzjarja tal-Asjatiċi. U flimkien in-nazzjonijiet kollha għandhom pusess ta’ iktar minn 85% tal-ġid kollu tad-dinja.
//= $special ?>

