Ir-rapport tat-Tribunal Internazzjonali jikkonferma dak li ilu snin jgħid il-PN – li l-pajjiż kien intitolat għal aktar minn €487 miljun, flimkien mal-interessi.
Dan jintqal iswed fuq l-abjad fir-rapport stess li ġie ppubblikat il-Ġimgħa, u li huwa l-akbar prova tas-serqa tal-isptarijiet; wara li l-Gvern kien ilu sħaħ jiddefendi lil Vitals u Steward.
Ir-rapport jgħid ukoll:
“Sadly, the concession for these hospitals turned out to be a failure and gave rise to different proceedings, including before the Courts of Malta. The primary victims of this failure are the citizens of Malta who were anxious of receiving through a public-private partnership improved health-care services in an improved hospital environment in their beautiful country.”
Din mhix opinjoni tal-PN iżda d-dikjarazzjoni tal-arbitri internazzjonali, li b’mod ċar daqs il-kristall jgħidu li l-poplu Malti kien il-vittma ta’ falliment li qatt ma kellu jseħħ.
Iżda l-Gvern, xorta qed jgħid li ħareġ rebbieħ.
//= $special ?>

