Is-sentenza tal-arbitraġġ tikkonferma dak li għal darbtejn qalu il-Qrati f’Malta, u dak li qalu r-rapporti tal-Awditur Ġenerali.
Hekk sostna ix-Shadow Minister Darren Carabott waqt intervent telefoniku li għamel fil-programm ta’ Andrew Azzzopardi fuq Campus FM fejn spjega li din id-deċiżjoni tagħmilha ċara li kien hemm kolluzzjoni bejn il-Gvern u Steward biex jiffrodaw lill-poplu.
Darren Carabott għamel referenza għal kif il-Gvern qed ikompli jwassal il-misinformazzjoni; din id-darba dwar l-argument ta’ 400 miljun ewro. Dan hekk kif Carabott spega li l-argument ewlieni tal-Gvern f’dan l-arbitraġġ kien l-istess argument li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Qorti – u għalhekk huwa evidenti li s-somma ta’ 400 miljun mhix qlajja.
Darren Carabott li kien qiegħed jagħmel l-intervent tiegħu wara dak tal-Ministru Jonathan Attard, staqsa jekk hemmx qbil li dawn il-kuntratti qatt ma misshom saru – għax meta saru kien hemm koluzzjoni kkonfermata.
Carabott tenna wkoll kif il-Gvern qed ikompli jxerred il-gideb u l-fake news b’rabta mal-kawża fil-Qorti li kien fetaħ Adrian Delia.
Intant, ix-Shadow Minister Darren Carabott semma’ kif din il-frodi tal-isptarijiet għadha qed taffetwa lil kull persuna li jkollha bżonn is-servizzi tas-saħħa. U sostna li s-servizzi tas-saħħa setgħu kienu ħafna aħjar li kieku ma kienx hemm din il-frodi.
Minn naħa tiegħu il-Ministru Jonathan Attard ikkonferma li Steward kienu dawk li fetħu l-arbitraġġ internazzjonali – u mhux il-Gvern.
//= $special ?>

