Fi Stadium of Light Sunderland irnexxielhom jiksbu draw ta’ 2-2 kontra l-leaders Arsenal biex issa telgħu fit-tielet post tal-klassifika bi 19-il punt. Arsenal min-naħa l-oħra baqgħu fl-ewwel post b’26 punt. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor fis-36 minuta meta minn ballun fit-tul Dan Ballard rebaħ id-dwell tiegħu fil-kaxxa u b‘xutt b’saħħtu għeleb lil David Raya għal 1-0.
Fit-tieni taqsima Arsenal ħarġu jattakkaw u fl-54 minuta kisbu d-draw meta Declan Rice rebaħ il-pusses tal-ballun, sab lil Mikel Merino li għadda lejn Bukayo Saka li b’xutt fil-baxx għeleb lil Roefs għal 1-1. B’Arsenal jieħdu r-ridni tal-partita f’idejhoim, fl-74 minuta kien Leandro Trossard li b’xutt b’saħħtu kkonkluda fis-saqaf tax-xibka għal 2-1. Hekk kif Arsenal dehru resqin lejn rebħa oħra, Sunderland kisbu l-gowl tad-draw fl-94 minuta b’gowl ta’ Brian Brobbey.
Riżultati: Tottenham v Manchester United 2-2, Everton v Fulham 2-0, West Ham v Burnley 3-2, Sunderland v Arsenal 2-2
//= $special ?>

