Lokali

50 proposta minn gvern alternattiv Nazzjonalista

Meta nhar it-Tnejn il-Kap Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Alex Borg kien qiegħed jagħmel ir-replika tiegħu għad-diskors tal-baġit ħabbar...
  1. Inneħħu t-taxxa minn fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja
  2. Inċentivi fiskali lil min iħaddem biex nixprunaw l-investiment
  3. Inraħħsu t-taxxi lil kulħadd
  4. L-ebda taxxa fuq l-ewwel €10,000 li taqla’ mill-part time jew l-over time
  5. Niftħu proġett pilota u konsultazzjoni mal-imsieħba soċjalifuq il-four day week
  6. Ninċentivaw lill-kumpaniji privati biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu użu minn teleworking, reduced u flexible hours
  7. Inwessgħu aktar il-kunċetti ta’ teleworking, reduced u flexible hours fiċ-Ċivil
  8. Ninċentivaw lill-kumpaniji privati biex jipprovdu child care centres fil-premises tagħhom
  9. Neliminaw iċ-cheap labour li ħoloq il-Gvern
  10. Niddiversifikaw l-ekonomija u niżguraw li jogħlew il-pagi
  11. Nibnu niċeċ ekonomiċi ġodda, bħall-MedTech, Cyber Security, Cryptography li huma bażati fuq il-value added u mhux il-popolazzjoni
  12. Ninvestu b’mod qawwi fis-settur tal-avjazzjoni u f’dak marittimu
  13. Ninvestu flEkonomija Kreattiva u noffru assistenza finanzjarja u opportunitajiet lill-NGOs u lill-artisti Maltin u Għawdxin
  14. Nagħmlu ġustizzja mal-ħaddiema tal-kuntrattur li jagħtu servizz lill-Gvern u allura equal pay for equal work
  15. Ngħinu b’mod finanzjarju lill-ħaddiema taċ-Ċivil biex jinvestu f’second pillar pension
  16. Ngħollu l-pensjonijiet b’żidiet li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-lum biex hekk l-anzjani tagħna rriduhom jgħixu ħajja komda u mhux kemm kemm jgħaddu
  17. Insaħħu s-sigurtà permezz ta’ investiment qawwi fil-Pulizija
    tax-xjenza fl-iskejjelInsaħħu s-sigurtà permezz ta’ investiment qawwi fil-Pulizija
  18. Inbiddlu l-mudell turistiku billi nattiraw turisti b’disposable income għoli
  19. Inniedu Labour Market Study biex id-dinamika tal-popolazzjoni tkun sostenibbli
  20. Nimplimentaw sistema ta’ trasport tal-massa biex intaffu l-problema tal-konġestjoni fit-toroq
  21. Nintroduċu sistemi ta’ intelligenza artifiċjalibiex tikkordina l-andament tat-traffiku
  22. Ninvestu f’toroq li jaqdu diversi modi ta’ trasport
  23. Isir studju komprensiv tal-bottlenecks tal-pajjiż u permezz ta’ proġetti infrastrutturali speċifiċi jiġu eliminati dawn il-bottlenecks
  24. Ninċentivaw il-car pooling
  25. Niżguraw li kull student fil-bżonn ikollu LSE
  26. Inwettqu bini ta’ skejjel ġodda madwar il-pajjiż kollu
  27. Ninvestu fl-immodernizzar tal-laboratorji
  28. Nimplimentaw strateġija serja biex aktar u aktar studenti jkomplu jiżviluppaw fl-oqsma tal-iSTEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika)
  29. Niftħu skejjel vokazzjonali u tas-snajja’
  30. Nibnu sptar ġdid għas-saħħa mental
  31. Nirriġeneraw l-Isptar Monte Karmeli, l-Isptar San Luqa u Karin Grech
  32. Nibnu sptar ġdid f’Għawdex
  33. Ninvestu aktar fil-kura paljattiva u nassiguraw li dawn is-servizzi jilħqu lil kulħadd
  34. Nibnu ċentru modern taċ-Child and Young People Services (CAYS) li jixraq lit-tfal filwaqt li
    niżg’uraw li jkollna l-aqwa servizzi tan-newrodivergenza
  35. Tibdil fil-proċess tax-xiri tal-apparat u mediċini tal-isptar biex niżguraw li jkollna aktar mediċini
    fil-formolarju; neliminaw il-mediċini out of stock; u nnaqqsu l-waiting lists
  36. Inna qqsu l-burokrazija lin-negozjant Malti
  37. Nattiraw Foreign Direct Investment ta’ kwalità u li joffri opportunità ta’ ogħol liż-żgħażagħ
  38. Nimbarkaw fuq programm ta’afforestazzjoni u restawr ekoloġiku mal-pajjiż kollu. Kif ukoll proġetti estensivi ta’ tħaddir taż-żoni urbani
  39. Nibdew proġett ta ħażna ta’ new water biex jintuża mill-bdiewa tul is-sena
    kollha
  40. Inżommu s-sussidji tal-enerġija, iżda ninvestu qatigħ fuq proġetti ta’ enerġija rinnovabbli biex il-kontijiet tad-dawl u ilma tan-nies jorħsu
  41. Billi nżidu l-frekwenza u ntejbu s-servizz, insolvu l-problema tal-indafa pubblika ubl-ġbir tal-iskart madwar il-pajjiż
  42. Vapuri ġodda u titjib fil-konnettività
  43. Trasformazzjoni tal-Port tal-Mġarr
  44. Tinfetaħ rotta ġdida permanenti bejn il-Port tal-Mġarr u l-Freeport
    għal-ġarr tal-merkanzija… din hi miżura li tgħin fit-tnaqqis tat-traffiku
  45. Nassiguraw li jkollna Qorti ġdid f’Għawdex
  46. Nirriformaw il-Qrati tal-Ġustizzja fejn innaqqsu b’mod drastiku d-dewmien
  47. Id-dokumenti relatati mal-Qorti jimxu lejn sistema diġitalim paperless
  48. Nidentifikaw proġetti ta’ housing soċjali biex niżguraw li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu
  49. Nagħtu għajnuna sinifikanti lil dawk li jridu jakkwistaw l-ewwel post tagħhom
  50. Noħolqu Child Trust Fund fejn il-Gvern jiddepożita €5,000 għal kull wild ġdid. Trust li jikber kull sena u li jkun jissarraf meta dak il-wild ikun irid jagħmel pass importanti f’ħajtu

Dawn il-proposti dehru f’Il-Mument tal-Ħadd 9 ta’  Novembru, 2025.