Lokali

“Il-poplu Malti biss huwa l-vittma d-deal tal-Vitals u Steward” – Alex Borg

Ir-rapport tal-arbitraġġ għandu jkun diskuss fil-Parlament.

Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta kien intervistat fuq Net Television waqt il-programm Analiżi. Fejn spjega illi l-uniku tellief f’din is-sitwazzjoni huwa l-poplu li nefqulu l-miljuni mit-taxxi tiegħu u ma ra l-ebda bidla jew investiment.

Alex Borg spjega li huwa mill-aktar evidenti, li ma sar l-ebda investiment -fl-Isptar San Luqa u Karin Grech, u anke l-waiting lists fost l-oħrajn.

Il-Kap tal-PN spjega li issa rridu naraw kif se nġibu l-miljuni lura, dan filwaqt li appella sabiex il-Gvern jaċċetta li jiġi diskuss ir-rapport tal-ICC fil-Parlament.

B’Alex Borg jispjega li għal Robert Abela kienet vittorja li l-poplu Malti u Għawdxi huwa l-akbar tellief minn dan id-deal frawdolenti.

Il-Kap tal-PN fakkar li kien grazzi għal Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista li l-isptarijiet inġiebu lura.

Intant, Alex Borg fakkar kif din il-ġimgħa ippreżenta 50 proposta li jagħtu futur aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi.

Waqt din l-intervista Alex Borg spjega li waħda mill-miżuri ċentrali li preżenta kienet propju dik taċ-Child Trust Fund, fejn kull wild li jitwieled mill-2026 ‘l quddiem, jingħata 5,000 ewro li jkomplu jiżdiedu bl-interessi.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-fatt illi l-Budget tal-2026, kellu aspetti pożittivi iżda ma ndirizzax l-akbar problemi – bħall-għoli tal-ħajja, l-overpopulation, xogħolijiet ta’ kwalità, turiżmu ta’ kwalità u traffiku.

Huwa spjega wkoll li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nifirdu l-ambjent u mill-iżvilupp.

Alex Borg tkellem dwar fuq iż-żjara tiegħu f’Ruma għall-konferenza tas-SIGMA. U semma’ wkoll illi jeħtieġ li jsir aktar investiment fl-infrastuttura għaliex din tissarraf f’aktar investiment mill-barrani f’pajjiżna.