Futbol Sport

Inter fl-ewwel post b’rebħa fuq Lazio… Żelqa għal Napoli kontra Bologna

Ritratt: EPA

Fil-partita tal-ġimgħa mis-Serie A rebħa importanti għal Inter fuq Lazio bl-iskor ta’ 2-0. B’din ir-rebħa huma telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara ż-żelqa ta’ Napoli, bl-istess ammont ta’ punti daqs Roma b’24 punt kull wieħed. Wara tliet minuti Inter fil-vantaġġ mis-solitu Lautaro Martinez li kkonikluda fuq pass ta’ Alessandro Bastoni. It-tieni gowl wasal fit-62 minuta meta din id-darba kien Ange Bonny li minn vertikalizzazzjoni ta’ Dimaro xeħet fix-xibka għal 2-0. Inter ħasbu li għamluhom tlieta erba’ minuti wara meta l-gowl ta’ Piotr Zielinski ma kienx ikkonvalidat mill-VAR.

Fi Stadio Renata Dell’Ara Bologna ħasdu lil Napoli meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. Bologna fetħu l-iskor fil-50 minuta meta minn cross mix-xellug kien Thijs Dallinga li xellef fix-xibka għal 1-0. It-tieni gowl wasal fis-66 minuta meta din id-darba minn cross mil-lemin kien Jhon Lucumi li għola fuq kulħadd u bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-0.

Riżultati: Atalanta v Sassuolo 0-3, Bologna v Napoli 2-0, Genoa v Fiorentina 2-2, Roma v Udinese 2-0, Inter v Lazio 2-0