Lokali Saħħa

KONFERMATA: Is-suppost “rebħa” ta’ Robert Abela fit-tribunal tal-arbitraġġ kienet sempliċiment ‘spin’

Analiżi fil-fond tar-rapport tal-arbitraġġ dwar is-serqa ta’ Vitals u Steward tikkonferma li l-vittorja li ħareġ jgħajjat biha l-Prim Ministru Robert Abela kienet biss spin tal-Labour.

Dan kien konfermat mhux biss mir-rapporti li ppubblika Net News matul din il-ġimgħa, iżda anke minn analiżi indipendenti li saret mill-gazzetta MaltaToday, illi qalet b’mod ċar li l-Gvern ħareġ tellief. Tant illi fit-titlu tal-gazzetta, ingħad li l-Gvern fittex lil Steward għal €488 miljun, u tilef.