=
Ir-residenti fir-Renju Unit u Britanniċi oħrajn madwar id-dinja fakkru u onoraw lis-suldati u dawk kollha li mietu taħt kundizzjonijiet ta’ konflitt biex jegħlbu lill-movimenti u ideoloġiji dittatorjali filwaqt li jaċċertaw il-libertà fl-Ewropa u ‘il hinn minnha.
Il-programmi ta’ tifkira spikkaw f’kull pajjiż Ewropew, inkluża Malta, bir-Re Karlu tal-Ingilterra jmexxi l-avvenimenti solenni għan-nom ta’ pajjiżu – u li fihom spikka perjodu ta’ żewġ minuti silenzju fiz-zona tas-Cenotaph, fiċ-ċentru ta’ Londra.
Intant, il-Prim Ministru Britanniku Keir Starmer u l-Kap tal-Partit Konservattiv fl-Oppożizzjoni, Kemi Badenoch, issieħbu mar-Re Karlu waqt ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri quddiem il-monument. Fost l-avvenimenti ta’ tifkira f’Londra spikka anki ‘il-march past’ minn Whitehall li fih ħadu sehem madwar 10,000 veterani tal-qawwiet armati flimkien mal-veterani tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Saru anki servizzi oħrajn ta’ tifkira f’diversi komunitajiet oħra madwar ir-Renju Unit inklużi f’Edinburgh (fl-Iskozja), Cardiff (f’Wales) u Belfast (fl-Irlanda ta’ Fuq).
//= $special ?>

