Formula 1 Sport

Lando Norris jirbaħ fil-Brażil u jiftaħ vantaġġ ta’ għaxar punti fuq Oscar Piastri

Lando Norris rebaħ il-Grand Prix fil-Brażil biex issa fetaħ vantaġġ ta’ għaxar punti fuq sieħbu ta’ McLaren Oscar Piastri li temm il-Grand Prix fil-ħames post.

Kimi Antonelli, ta’ Mercedes, temm fit-tieni post għall-ewwel podju tiegħu tal-karriera fil-Formula 1 segwit miċ-champion renjanti Max Verstappen. George Russell ta’ Mercedes temm fir-raba’ post, b’Oliver Bearman ta’ Haas itemm fis-sitt post.

Liam Lawson ta’ RB temm fis-seba’ post segwit minn sieħbu Isack Hadjar. Nico Hulkenberg ta’ Kick Sauber temm fid-disa’ post bi Pierre Gasly ta’ Alpine itemm fl-għaxar post. Fil-ħdax-il post temm Alex Albon ta’ Williams segwit minn Esteban Ocon ta’ Haas.

L-Ispanjoli Carlos Sainz u Fernando Alonso temmew fit-tlettax u fl-erbata-il post rispettivament. Colapinto Stroll u Tsunoda temmew fl-aħħar postijiet filwaqt li Hamilton, Leclerc u Bortoleto ma temmewx il-Grand Prix.