“Naqbel mal-Prim Ministru mill-bidu sal-aħħar, il-Gvern għad fadallu jħallas għas-servizzi li użufruwixxa minnhom il-poplu”.
Hekk iddikjara l-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima meta kien mistoqsi minn din il-kamra tal-aħbarijiet wara li kien mistoqsi jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-mexxej tiegħu Robert Abela – cioè – li l-poplu Malti u Għawdxi ħa “fair value” mingħand Vitals u Steward.
Clifton Grima, insista illi l-Gvern irċieva s-servizzi mediċi li ħallas għalihom – u aktar. Tant hu hekk, li jrid iħallas aktar miljuni ta ewro lill-barranin.
Meta ppressat mill-midja Grima baqa’ jinsisti li l-barranin tawna li ħaqqna u li se nkunu qed inħallsu iżjed miljuni. Dan filwaqt li ħarab totalment milli jwieġeb dwar l-Isptar San Luqa u Karin Grech fost l-oħrajn.
Id-dokument tal-arbitraġġ juri illi l-barranin qed jitolbu mal-5 miljun ewro – għaliex – skont huma, ma tħallsux biżejjed għas-servizzi li ngħataw. Għalhekk il-Gvern Malti għandu jrodd mal-5 miljun ewro oħra, mal-kważi 900,000,000 ewro li swewna l-barranin.
Madanakollu, id-dokument juri wkoll li aktar minn 41 miljun ewro marru sabiex il-barranin bnew il-Barts Medical School u anke ċ-ċentru tal-Anatomija fost l-oħrajn. Iżda, skont dak li qal il-Gvern fil-briefing li sar mal-ġurnalisti – il-Gvern Malti ma kellux “iħallas imqar ċenteżmu” għal-ġebla waħda.
Għaldaqstant, jidher illi l-barranin se jitħallsu miljuni li marru f’bini – u li skont il-Gvern stess dan ma kellux isir.
//= $special ?>
