Lokali

SERQA VITALS: “Robert Abela u Jonathan Attard ħarġu jispinjaw storja differenti”

Il-Gvern ħareġ trijunfanti, bir-retorika solita tiegħu. Iżda l-verità hi, li ħadd ma jista’ jħassar jew jikteb mill-ġdid id-deċiżjonijiet ċari tal-Qrati Maltin meta ddikjaraw li d-deal ta’ Vitals u Steward kien frodi u kollużjoni bejn l-għola esponenti tal-Gvern u l-barranin li ġew fdati bl-isptarijiet.

Din hi l-analiżi tal-Malta Independent on Sunday, li tqatta’ biċċiet il-propaganda kollha tal-Labour – bil-ġurnal jinsisti li l-Gvern qed jipprova jagħmel ‘cover-up’ tal-għoxxenitajiet tiegħu stess.

Apparti minn hekk, l-Indipendent tgħid li jagħmel kemm jagħmel tentattivi l-Gvern biex jiddikjara dan il-każ kapitlu magħluq, ma jistax jiddikjara l-innoċenza tiegħu. Dan għaliex kien il-Labour li approva dan id-deal u baqa’ jimpala l-miljuni kull sena.

Fuq kollox, ir-rapport stess tal-arbitraġġ jindika iswed fuq l-abjad li l-poplu Malti huwa l-akbar tellief minn dan l-iskandlu.

Anke l-editorjal tal-MaltaToday juża kliem iebes ħafna, u jitfa’ dawl fuq kemm kienet kbira din is-serqa minn flus il-poplu. Bil-famużi €400 miljun, isiru €488 miljun li l-Gvern prova jirkupra – iżda falla. U minflok Robert Abela u Jonathan Attard ħarġu jiskużaw ruħhom għal dan il-falliment, ħarġu jispinjaw storja differenti.

Mhux hekk biss, jgħid dan l-editorjal. Kellhom l-ardir li jwaħħlu fid-deputat Adrian Delia għall-falliment kolossali tagħhom – xi ħaġa li l-MaltaToday tittimbra bħala “redikola”.

Il-gazzetta tinsisti li Malta tilfet, u l-ebda ammont ta’ spin mhu se jbiddel dan il-fatt.

It-telqa li tħalla fiha St. Luke’s