Lokali

Sewwieq tal-mutur jittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident f’Tas-Saqqajja, fir-Rabat

Sewwieq tal-mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra tal-Ħadd filgħodu, fi Triq is-Saqqajja, r-Rabat.

Fuq il-post marru l-Pulizija u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Isuzu D-Max misjuq minn raġel ta’ 45 residenti l-Mellieħa u mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn taġel ta’ 60 sena residenti l-Gudja.

Isejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.