Flimkien mal-pajjiżi tal-Commonwealth, Malta, iċċelebrat ‘Jum it-Tifkira’ – jum simboliku li fiha tfakkar il-memorja tal-vittmi tal-Ewwel Gwerra Dinjija u ankè l-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija.
Dan il-jum huwa wieħed sinonimu mas-simbolu tal-pepprin, u tfakkar it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija fil-11 ta’ Novembru 1918, bil-ġurnata tal-Ħadd filgħodu Malta issellem il-memorja tal-vittmi tal-gwerra permezz ta’ ċerimonja.

Iċ-ċerimonja ta’ tifkira saret fil-Momunent tal-Gwerra fil-Floriana, fejn kien hemm preżenti diversi dinjitarji, fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Dan filwaqt li kien hemm preżenti ukoll l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg akkumpanjat minn Sarah, fost l-oħrajn.

Aktar kmieni l-Ħadd, ġiet konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mmexxija mill-Arċqisof Charles Scicluna għal din l-okkażjoni.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna fakkar il-memorja tal-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija, fejn qal kif f’din il-ġurnata għadna nitolbu biex ikollna dinja ta’ paċi, tama u ġustizzja.

Hu għamel referenza għall-Papa Ljun XIV li wera t-tama tiegħu li l-ħoss tal-armi jiskot.
Barra minn hekk, l-Arċisqof Scicluna semma li huwa importanti li aħna niftakru f’dak li ġara fil-passat, u niftakru fil-vittmi tal-kunflitti kollha – inkluż l-eluf ta’ vittmi fil-kunflitti li għaddejjin bħalissa.
Wara l-omelija, l-Ariċisqof waqaf għal minuta silenzju biex ifakkar il-memorja tal-vittmi kollha ta’ kull kunflitt.
Preżenti fil-Konkatidral kien hemm bosta personalitajiet distinti, kif ukoll deputati miż-żewġ naħat tal-kamra.

Ritratt: Joseph Galea
//= $special ?>

