Lokali Parlament

Difiża kontinwa minn Robert Abela għal Steward; jiġġustifikhom minn fuq s’isfel

Il-Prim Ministru Robert Abela ddefenda b’mod qawwi u fl-aspetti kollha lil Steward u ġġustifika dak kollu li sar fil-każ tal-isptarijiet.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa din il-pożizzjoni fil-bidu tad-dibattitu parlamentari dwar is-sentenza tal-arbitraġġ.

Robert Abela qal li hu konfermat li l-poplu Malti ħa servizzi u xogħlijiet ta’ kwalità u sostna li l-Oppożizzjoni qalet ħrafa dwar l-€400 miljun. Hu kompla jinsisti li l-poplu Malti ħa valur ġust minn dan id-deal u żied li l-kuntratt tal-€100 kien ħrafa wkoll.

Għalkemm ammetta li kien hemm kuntratt, il-Prim Ministru qal li dawn telgħu għal €156 miljun iżda l-gvern irnexxielu jikkonkludi li t-talba ta’ Steward tkun miċħuda. Hu attakka lil Adrian Delia u qal li kien il- “perċimess” wara dan l-argument.

Mhux se nagħmel eloġju dwar il-kuntratti tal-2013 għax jitlef il-kredibbiltà tiegħi iżda l-Istat ma ħallasx ċenteżmu iktar minn dak li rċieva. Dwar id-dikjarazzjoni tal-Arbitraġġ li l-vittma kien il-poplu Malti, il-Prim Ministru qal li din kienet frażi fil-kuntest li l-ftehim ma rnexxewx fit-turiżmu mediku u fl-investiment fl-isptarijiet. Hu qal li l-Istat Malti ħallas għas-servizzi f’Karin Grech, f’San Luqa u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Skont il-Prim Ministru, Steward taw is-servizzi kollha. Wara s-sentenza tal-2023 mill-qrati Maltin, il-gvern ħa lura l-pussess tal-isptarijiet, sostna l-Prim Ministru, li qal li jirriżulta li s-servizz qed jiġi ftit ogħla minn dak li kienet tagħti Steward.

Hu semma’ l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Karin Grech u San Luqa u qal li dan sar minn Steward li mexxew tliet sptarijiet.

Il-Prim Ministru qal li ċ-ċifra tad-€900 miljun tisssemma’ fis-sentenza tal-Arbitraġġ u sostna li Steward kellhom l-obbligu li jiżviluppaw tliet sptarijiet u jġibu t-turiżmu mediku li minnu kellhom jagħmlu l-qligħ. Dwar għaliex il-gvern ma fittix lil Steward, Robert Abela qal li quddiem it-tribunal il-gvern tratta. Is-sentenza tal-Qorti tal-Apell fil-każ li fetaħ Adrian Delia kienet użata mill-gvern biex jiddefendi lilu nnifsu iżda minħabba din is-sentenza l-gvern ma setax ifittex lil Steward dwar l-isptarjiet.

Robert Abela qal li s-servizzi fis-servizz tas-saħħa hi żmien Steward tjiebu u sostna li fuq il-ħlas tat-taxxa dovuta minn Steward, il-gvern ħa passi fil-qorti. Hu allega li kien Adrian Delia li ħeles lil Steward mir-responsabbiltà tat-turiżmu mediku u l-investiment fl-isptarijiet.

Robert Abela qal li l-arbitraġġ ikkonkluda li ma kinx hemm rebbieħ ċar fil-każ u sostna li l-ebda ċenteżmu ma ntefaq għalxejn. Bla ma ta dettalji, il-Prim Ministru sostna li se jsir master plan fuq l-isptarijiet.