Lokali

F’Monte Karmeli: Tifla tinsab fis-sezzjoni tal-adulti kontra l-parir tal-psikjatri

Mill-Arkivji

Tifla minorenni tinsab fis-sezzjoni ta’ Monte Karmeli, kontra l-parir tal-psikjatri.

Ikkonferma dan fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-Professur Andrew Azzopardi, fejn tenna li jinsab infurmat li r-rappreżentant legali tal-FSWS u tad-Direttorat għall-Kura Alternattiva qed jissottolinjaw f’dan ir-rikors li l-psikjatri Anton Grech u Lorraine Azzopardi taw parir f’ dan ir-rikors li post din it-tifla m’għandux ikun fis-sala tal-adulti.

Andrew Azzopardi semma kif fit-22 t’Ottubru sar rikors fil-Qorti quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera mill-FSWS, fejn talbu biex din id-deċiżjoni fejn din it-tifla titħalla fis-sala tal-adulti tiġi revokata – dan bil-parir tal-professjonisti. Waqt dan ir-rikors ġie enfasizzat ukoll li huwa inkwetanti li din il-minuri għandha titqiegħed fis-sala tal-adulti.

Il-Professur saħaq, “Allegatament il-Union tiddeċiedi fejn tiġi mogħtija l-kura lil tifla minorenni kontra dak li qed jirrakkomandaw l-esperti soċjali u tas-saħħa.X’għarukaża!”

Il-Professur Andrew Azzopardi, temm jisħaq li jemmen fid-dritt sagrosant tal-Unions li jieħdu ħsieb l-interessi tal-istaff tagħhom imma mhux meta s-saħħa mentali ta’ din it-tifla hija pperikolata.