Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna li l-gvern gideb lill-poplu Malti u jrid ikun gvern Nazzjonalista ġdid jwettaq l-investiment meħtieġ fis-settur tas-saħħa.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal fil-parlament li fil-Malta Today intqal li l-Gvern talab €488 mingħand Steward u tilef; dan ukoll qed jigdbu? Hu sostna li l-gvern missu ddefenda lill-poplu Malti flok lill-barrani bil-Ministru tal-Ġustizzja ma jafx id-differenza bejn il-Kamra Internazzjonali Kummerċjali u l-Qorti Kriminali Internazzzjonali.
Alex Borg qal li l-gvern qed jgħix utopja għaliex kulħadd hu konvint inkluż l-arbitraġġ li l-uniku tellief hu l-poplu kollu. Mingħajr ma kienu ippubblikakw is-snetnza l-gvern ħareġ jgħid li għamel vittorja; l-iskop aħħari kien li jipprova jissettja l-aġenda fuq il-poplu Malti għaliex ir-riżultat kien totalment diffferenti. Il-poplu jaf li l-isptarijiet ma sarux!
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Prim Ministru issa qed jallega li anki l-qrati Maltin qed jgħidu ħrafa meta ddikjaraw frodi u kollużjoni kontra l-poplu. Dawn huma sentenzi li ma jistgħux jinbidlu. Hu sostna li l-poplu kien iffroda fis-saħħa, sostna Alex Borg, li kompla li anki The Times ddikjarat li ċ-ċittadini huma l-ikbar vittmi tad-deal tal-isptarijiet.
Alex Borg semma’ l-editorjal ta’ The Malta Independent li l-PL ma jistax jaħrab mir-responsabbiltà politika għax il-poplu il-fondi u l-investiment fis-saħħa. Hu rrifera wkoll għall-editorjal tal-Malta Today li qal li Malta tilfet fl-arbitraġġ u li l-gvern falla milli jġib €488 miljun.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministru tal-Ġustizzja qed jattakka lill-media indipendenti u kompla li mill-arbitraġġ irriżulta li l-gvern lil Steward tahom €900 mljun li suppost €400 marru fuq l-isptarijiet. Mhux biss imma l-gvern se jkollu jagħti €5 miljuni oħra lil Steward meta l-Prim Ministru kien qal li ma kinx se jthom iktar fondi fl-2023. Il_prim Ministru qed jitfa’ t-toroq fuq il-PN u fuq Adrian Delia qisu hu għamilhom il-kuntratti. Dan meta kien Adrian Delia li rebaħ l-isptarjiet għall-poplu Malti, sostna Alex Borg, li qal li hu kburi li kien preżenti ma’ Adrian Delia f’dawn il-kawżi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Prim Ministru kien iddikjara li l-appell li rebaħ Adrian Delia isaħħaħ il-każ tal-gvern Malti fl-arbitraġġ. Hu kkwota artiklu mis-sentenza tal-arbitraġġ, li jħammar wiċċ il-gvern u qal li dan jgħid li m’hemm l-ebda rebbieħ. Mela kif il-gvern ħareġ jgħid li għamel vittorja; dan hu gvern li jemmen il-gideb tiegħu stess għax iffroda lill-poplu kollu.
Il-poplu Malti tilef, sostna Alex Borg li kompla li l-arbitraġġ qal li kien hemm faliment u kollużjoni kontra l-poplu Malti li kien l-akbar vitma. Il-kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-arbitraġġ qal ukoll li l-protagonisti f’din is-saga frawdalenti, Chris Fearne, Konrad Mizzi u s-Segretarju Permanenti ma tressqux biex jixhdu. Dan għax il-gvern beża’ mix-xhieda tagħhom!
Il-PN għamel xogħlu, sostna Alex Borg li kompla li l-unions qed jiddikjaraw il-kollas fis-settur tas-saħħa u fl-isptarijiet. Hu semma’ l-proosti tal-PN u qal li dawn huma biss il-idu b’investiment fi sptarijiet ġodda għall-poplu
//= $special ?>

